{"id":402,"date":"2022-01-14T10:52:47","date_gmt":"2022-01-14T09:52:47","guid":{"rendered":"https:\/\/yahad.mt\/?page_id=402"},"modified":"2022-01-19T16:49:58","modified_gmt":"2022-01-19T15:49:58","slug":"daphne","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/daphne\/","title":{"rendered":"Daphne"},"content":{"rendered":"\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignleft size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Daphne.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-123\" width=\"256\" height=\"395\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Daphne.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Daphne-389x600.png 389w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Daphne-768x1185.png 768w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Daphne-995x1536.png 995w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Fis-16 ta\u2019 Ottubru, 2017, splodiet bomba ta\u0127t karozza fil-Bidnija li \u0127adet il-\u0127ajja tal-\u0121urnalista investigattiva ewlenija ta\u2019 Malta: Daphne Caruana Galizia. Nistg\u0127u ng\u0127idu li dan, b\u2019aktar minn mod wie\u0127ed, kien punt kru\u010bjali fl-istorja politika Maltija moderna. Dan il-mument fired dak li \u0121ie qablu minn dak li \u0121ie warajh.<\/p>\n\n\n\n<p>Intqal u nkiteb \u0127afna dwar l-implikazzjonijiet so\u010bjali u politi\u010bi ta\u2019 din l-e\u017cekuzzjoni makabra. Hawn se nillimitaw ru\u0127na g\u0127al tliet kunsiderazzjonijiet li \u0127ar\u0121u mir-rapport ma\u0127ru\u0121 fil-konklu\u017cjoni ta\u2019 l-inkjesta pubblika dwar i\u010b-\u010birkostanzi tal-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n\n\n\n<p>Spiss jing\u0127ad li biex jirba\u0127 il-\u0127a\u017cen, kulma hu me\u0127tie\u0121 huwa li n-nies tajbin ma jag\u0127mlu xejn. \u0126a\u0121a xokkanti u li to\u0127ro\u0121 \u010bara&nbsp; fir-Rapport fuq il-qtil ta\u2019 Daphne hija s-sensiela ta\u2019 \u201cdnubiet ta\u2019 omissjoni\u201d li saru minn dawk li kellhom ir-responsabbilt\u00e0 mhux biss li jipprote\u0121u lil Daphne i\u017cda wkoll li jipprevjenu l-\u0127olqien ta\u2019 stat <em>de facto<\/em> ta\u2019 impunit\u00e0, li wassal biex min ordna l-qtil ja\u0127seb li seta\u2019 jg\u0127addiha lixxa. L-atmosfera ta\u2019 impunit\u00e0 \u0121iet i\u0121\u0121enerata mill-\u201cog\u0127la livelli fil-qalba tal-amministrazzjoni f\u2019Kastilja u b\u0127al qarnita infirxet g\u0127al entitajiet o\u0127ra b\u0127al istituzzjonijiet regolatorji u l-Pulizija li wassal g\u0127all-kollass tas-saltna&nbsp; tad-dritt\u201d<a href=\"#_ftn1\"><sup>[1]<\/sup><\/a>.<\/p>\n\n\n\n<p>Sew hux min\u0127abba nuqqas ta\u2019 azzjoni volontarja jew inkompetenza grassa, ir-ri\u017cultat kien li Daphne t\u0127alliet wa\u0127edha, vulnerabbli u esposta sal-punt li fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar wassal g\u0127all-qtil tag\u0127ha.<\/p>\n\n\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\"><p>&#8220;Liema tip ta\u2019 bi\u017ca\u2019 j\u017commna milli nuru solidarjet\u00e0 ma\u010b-\u010bittadini \u0127utna li bi qlubija jissieltu g\u0127all-\u0121ustizzja fostna?&#8221; <\/p><\/blockquote>\n\n\n\n<p>Fid-dawl ta\u2019 din il-\u0121er\u0127a li se ttebba\u2019 g\u0127al dejjem il-kuxjenza kollettiva tag\u0127na, jista\u2019 jkun li g\u0127andna nistaqsu lilna nfusna jekk a\u0127na, b\u0127ala \u010bittadini komuni, g\u0127andniex nag\u0127mlu aktar biex ng\u0127ollu le\u0127inna flimkien biex niddefendu dak li hu tajjeb sabiex noqog\u0127du spalla ma\u2019 spalla ma\u2019 dawk li jie\u0127du r-riskju li jo\u0127or\u0121u g\u0127onqhom g\u0127as-sewwa, spiss b\u2019riskju personali kbir. Liema tip ta\u2019 bi\u017ca\u2019 j\u017commna milli nuru solidarjet\u00e0 ma\u010b-\u010bittadini \u0127utna li bi qlubija jissieltu g\u0127all-\u0121ustizzja fostna? Ovvjament, jista\u2019 jkun li nippreferu ma ni\u0127dux riskji u n\u0127allu l-\u0121lieda g\u0127al-so\u010bjet\u00e0 a\u0127jar f\u2019idejn \u0127addie\u0127or. B\u2019dan il-mod, qatt mhu se jkollna tort, qatt mhu se nfallu u qatt m\u2019a\u0127na se nkunu l-mira ta\u2019 kritika<a href=\"#_ftn2\"><sup>[2]<\/sup><\/a>. Daphne, bil-mod inimitabbli u spiss kontroversjali tag\u0127ha, qatt ma qag\u0127det lura minn din il-\u0127idma li spiss ma tir\u010bievi l-ebda rikonoxximent. U g\u0127al dan, \u0127allset l-og\u0127la prezz. Fuq l-e\u017cempju tag\u0127ha, forsi ta\u2019 min nie\u0127du aktar bis-serjet\u00e0 l-istedina li ti\u0121i direttament minn dawn il-kliem li qal il-President Theodore Roosevelt:<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-pullquote\"><blockquote><p><em>\u201cMhuwiex il-kritiku li jg\u0127odd; u lanqas huwa dak li jurina kif ir-ra\u0121el b\u2019sa\u0127\u0127tu jitfixkel, jew kif min jag\u0127mel l-g\u0127emil seta\u2019 g\u0127amlu a\u0127jar. Il-krettu huwa ta\u2019 dak li qieg\u0127ed fl-arena, li g\u0127andu wi\u010b\u010bu mtebba\u2019 bit-trab u l-g\u0127araq u d-demm; li jistinka bi qlubija; li ji\u017cbalja, li jonqos darba wara l-o\u0127ra, g\u0127ax m\u2019hemmx sforz ming\u0127ajr \u017cball u nuqqasijiet; i\u017cda li tabil\u0127aqq jistinka biex iwettaq l-g\u0127emil; li jaf il-\u0127e\u0121e\u0121 il-kbar, id-devozzjonijiet il-kbar; li jinfena g\u0127al kaw\u017ca \u0121usta; li fl-a\u0127jar tieg\u0127u jaf fl-a\u0127\u0127ar ir-reb\u0127a tal-og\u0127la kisbiet, u li fl-ag\u0127ar tieg\u0127u, li jekk ifalli, tal-anqas qed ifalli meta jkun qed jissogra bil-kbir, u b\u2019hekk postu qatt ma jkun ma\u2019 dawk l-erwie\u0127 bierda u timidi li la \u0121arrbu r-reb\u0127a u lanqas it-telfa.\u201d<a href=\"#_ftn3\"><strong><sup>[3]<\/sup><\/strong><\/a>&nbsp;<\/em><\/p><\/blockquote><\/figure>\n\n\n\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignright size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Demonization.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-370\" width=\"256\" height=\"314\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Demonization.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Demonization-489x600.png 489w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Demonization-768x942.png 768w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>It-tieni punt li nixtiequ nenfasizzaw huwa l-kampanja kostanti ta\u2019 demonizzazzjoni li Daphne kienet so\u0121\u0121etta g\u0127aliha bi \u0127dura u qawwa dejjem akbar. Din il-kampanja ta\u2019 mibeg\u0127da kienet tabil\u0127aqq xokkanti, mhux biss fl-intensit\u00e0 tag\u0127ha i\u017cda wkoll fid-dawl tal-fatt li jidher li parti minn dawn l-attakki kiefra kellhom l-appo\u0121\u0121 tal-Istat. \u0126add, wisq inqas il-\u0121urnalisti, ma g\u0127andu jkun so\u0121\u0121ett g\u0127al dan il-livell ta\u2019 attakki mimlija mibeg\u0127da. Kif nistg\u0127u qatt nittamaw li nibnu so\u010bjet\u00e0 pa\u010bifika u \u0121usta jekk il-livell tad-diskors pubbliku tag\u0127na spiss \u0127afna jaqa\u2019 g\u0127al attakki tal-mist\u0127ija u parti\u0121\u0121ani? Wie\u0127ed mill-prin\u010bipji ba\u017ci\u010bi ta\u2019 so\u010bjet\u00e0 tassew demokratika hija l-\u0127ila tad-djalogu. B\u2019xorti \u0127a\u017cina, qed ng\u0127ixu f\u2019so\u010bjet\u00e0 dejjem aktar polarizzata u atomizzata, li fiha l-membri ta\u2019 gruppi partikolari jinqatg\u0127u g\u0127alihom fi kmamar tal-eku li fihom min ja\u0127sibha b\u0127alhom biss huwa milqug\u0127.&nbsp; B\u0127ala so\u010bjet\u00e0, g\u0127andna l-\u0127tie\u0121a ur\u0121enti li niskopru mill-\u0121did l-arti tad-djalogu rispettu\u017c<a href=\"#_ftn4\"><sup>[4]<\/sup><\/a>. Nistg\u0127u nimxu \u2019l quddiem u nistinkaw g\u0127all-\u0121id komuni biss jekk lill-o\u0127rajn inkunu kapa\u010bi nisimg\u0127uhom minflok neqirduhom<a href=\"#_ftn5\"><sup>[5]<\/sup><\/a>.<\/p>\n\n\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\"><p>&#8220;B\u0127ala so\u010bjet\u00e0, g\u0127andna l-\u0127tie\u0121a ur\u0121enti li niskopru mill-\u0121did l-arti tad-djalogu rispettu\u017c&#8221;<\/p><\/blockquote>\n\n\n\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar, ir-rapport tal-inkjesta jenfasizza, b\u2019\u010barezza li tissummana, il-qrubija mhux xierqa bejn in-negozjanti u l-politikanti. Kull min qara l-artikli tag\u0127ha jaf kemm Daphne kienet kritika ta\u2019 din l-intimit\u00e0 bejn in-negozjanti l-kbar u l-gvern. Din il-qrubija u r-relazzjoni intima kienu fatturi determinanti g\u0127al g\u0127add ta\u2019 pro\u0121etti kbar li spi\u010b\u010baw ta\u0127t l-iskrutinju tal-awditur \u0121enerali u tal-inkjesti ma\u0121isterjali. \u0126afna minn dawn ir-rapporti u l-inkjesti sabu irregolaritajiet sinifikanti. In-negozji l-kbar \u0127atfu l-opportunit\u00e0 li jibqg\u0127u g\u0127addejjin bil-pro\u0121etti tag\u0127hom bl-inqas sorveljanza amministrattiva, u permezz tal-\u201cmanipulazzjoni\u201d ta\u2019 uffi\u010bjali g\u0127olja.<\/p>\n\n\n\n<p>Ir-rapport dwar l-inkjesta ta\u2019 Daphne ssottolinja d-dmir tal-amministrazzjoni pubblika li tissalvagwardja l-istat tad-dritt. Il-kilba g\u0127all-flus u l-qlig\u0127 min-negozjanti jew l-uffi\u010bjali pubbli\u010bi qatt ma tista\u2019 tit\u0127alla teqred kwalunkwe tra\u010b\u010ba ta\u2019 governanza tajba. Di\u017cgrazzjatament, ir-rapport jiddeskrivi sistema li fiha, minflok l-uffi\u010bjali eletti tag\u0127na jkunu g\u0127as-servizz tal-\u0121id komuni \u2013 fejn \u201cis\u2011s\u0127i\u0127\u201d (il\u2011\u0121id tal\u2011<em>polis<\/em> fl\u2011interess ta\u2019 kul\u0127add) hu tassew ikbar mill\u2011\u0121abra tal\u2011partijiet flimkien (jew l\u2011interessi individwali tag\u0127na)<a href=\"#_ftn6\"><sup>[6]<\/sup><\/a> \u2013 kienu qeg\u0127din jaqdu l-interessi ta\u2019 ftit nies setg\u0127ana. Hawn qeg\u0127din mili \u2019l bog\u0127od mill-prin\u010bipju tal-governanza tajba, skont liema l-uffi\u010bjali pubbli\u010bi eletti ji\u0121u eletti biex \u201cjamministraw\u201d il-beni pubbli\u010bi fl-a\u0127jar interess tal-\u0121id komuni, b\u2019mod partikolari fl-interess tal-iktar vulnerabbli. F\u2019dan il-ka\u017c, il-\u0121id u s-setg\u0127a asso\u010bjati mar-rwol intu\u017caw biex javvanzaw l-interessi privati ta\u2019 grupp ristrett ta\u2019 nies sinjuri u setg\u0127ana.&nbsp; Bil-mod tieg\u0127u, il-baraxx ta\u2019 telefonati qabel kull elezzjoni jsaqsu lin-nies g\u0127andhomx b\u017conn xi \u0127a\u0121a, huwa sinjal ie\u0127or tat-triq twila li g\u0127andna quddiemna fejn tid\u0127ol il-governanza tajba. Daphne ssieltet b\u2019kulma kellha g\u0127al pajji\u017c li fih il-ministri u l-membri parlamentari je\u017cer\u010bitaw l-awtorit\u00e0 delegata tag\u0127hom b\u2019onest\u00e0, trasparenza, u spirtu ta\u2019 servizz, minflok i\u0121ibu ru\u0127hom b\u0127al xi xorta\u2019 ta\u2019 sinjuri fewdali li jqassmu il-beni pubbli\u010bi b\u0127ala \u201cpja\u010biri\u201d. Dan i\u017c-\u017cwie\u0121 in\u010bestu\u017c ta\u2019 konvenjenza bejn i\u017c-\u017cew\u0121 \u010bentri ta\u2019 poter l-aktar qawwija fil-pajji\u017c irrappre\u017centat min-negozjanti u l-politikanti, wassal biex kwa\u017ci n\u0127oloq stat Mafju\u017c<a href=\"#_ftn7\"><sup>[7]<\/sup><\/a>. Kellha tkun il-mewt ta\u2019 Daphne biex \u0127afna minna jirrealizzaw sa fejn l-ideal tal-governanza tajba u s-servizz pubbliku kien \u0121ie korrott u ppervertit.<\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator\"\/>\n\n\n\n<p id=\"_ftn1\">[1] <span class=\"uppercase\">Bord ta\u2019 Inkjesta \u2013 Daphne Caruana Galizia<\/span>, 388.\u00a0<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn2\">[2] \u201cU hekk, ladarba inti biered, u la s\u0127un u lanqas kiesa\u0127, jiena sa nob\u017cqok minn \u0121o \u0127alqi.\u201d <span class=\"uppercase\">Apk <\/span>3, 16.<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn3\">[3] <a href=\"http:\/\/www.quotationspage.com\/quotes\/Theodore_Roosevelt\/\" class=\"ek-link\"><span class=\"uppercase\">Theodore Roosevelt<\/span><\/a>,\u00a0<em>Diskors mog\u0127ti fit-23 ta\u2019 April, 1910<\/em>.<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn4\">[4] <span class=\"uppercase\">Il-Kummissjoni \u0120ustizzja u Pa\u010bi<\/span>, <em>Imsej\u0127a na\u0127dmu g\u0127all-\u0121ustizzja u l-pa\u010bi<\/em>. Stqarrija mill-Kummissjoni \u0120ustizzja u Pa\u010bi xahar mill-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia, 3.<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn5\">[5] Cf. <em>Naraw il-verit\u00e0, lil hinn mill-inkonsistenzi tag\u0127na<\/em>, <a href=\"https:\/\/gp.knisja.mt\/naraw-il-verita-lil-hinn-mill-inkonsistenzi-taghna\/\">https:\/\/gp.knisja.mt\/naraw-il-verita-lil-hinn-mill-inkonsistenzi-taghna\/<\/a><em> (<\/em>a\u010b\u010bessata t-13\/10\/2021)<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn6\">[6] <span class=\"uppercase\">Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta<\/span>, <em>Knisja Wa\u0127da, Vja\u0121\u0121 Wie\u0127ed Pro\u010bess ta\u2019 ti\u0121did ekkle\u017cjali<\/em>, 58<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn7\">[7] Cf. <span class=\"uppercase\">Bord ta\u2019 Inkjesta \u2013 Daphne Caruana Galizia<\/span>, 388.\u00a0<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p class=\"excerpt\">Fis-16 ta\u2019 Ottubru, 2017, splodiet bomba ta\u0127t karozza fil-Bidnija li \u0127adet il-\u0127ajja tal-\u0121urnalista investigattiva ewlenija ta\u2019 Malta: Daphne Caruana Galizia. Nistg\u0127u ng\u0127idu li dan, b\u2019aktar minn mod wie\u0127ed, kien punt kru\u010bjali fl-istorja politika Maltija moderna. Dan il-mument fired dak li \u0121ie qablu minn dak li \u0121ie warajh. Intqal u nkiteb \u0127afna dwar l-implikazzjonijiet so\u010bjali u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"_editorskit_title_hidden":false,"_editorskit_reading_time":4,"_editorskit_typography_data":[],"_editorskit_blocks_typography":"","_editorskit_is_block_options_detached":false,"_editorskit_block_options_position":"{}","footnotes":""},"class_list":["post-402","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/402","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=402"}],"version-history":[{"count":7,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/402\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":657,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/402\/revisions\/657"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=402"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}