{"id":413,"date":"2022-01-14T11:52:18","date_gmt":"2022-01-14T10:52:18","guid":{"rendered":"https:\/\/yahad.mt\/?page_id=413"},"modified":"2022-01-19T16:53:10","modified_gmt":"2022-01-19T15:53:10","slug":"miriam","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/miriam\/","title":{"rendered":"Miriam"},"content":{"rendered":"\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignleft size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Miriam.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-126\" width=\"256\" height=\"393\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Miriam.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Miriam-391x600.png 391w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Miriam-768x1179.png 768w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Miriam-1001x1536.png 1001w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Fit-2 ta\u2019 Marzu 2020, Miriam Pace in\u0127ar\u0121et minn ta\u0127t ir-radam ta\u2019 darha stess. Dak li suppost kien post ta\u2019 sikurezza u kumdit\u00e0 spi\u010b\u010ba sar qabar. G\u0127ad hemm bosta pro\u010bedimenti l-qorti biex jiddeterminaw il-\u0127tija tan-nies involuti. I\u017cda li huwa \u010bert huwa li, fi kliem l-Ar\u010bisqof Scicluna fil-funeral tag\u0127ha, Miriam kienet vittma tal-in\u0121ustizzja<a href=\"#_ftn1\"><sup>[1]<\/sup><\/a>. Wisq ta\u2018 spiss, ir-regolamenti u l-politiki li suppost qeg\u0127din fis-se\u0127\u0127 biex jipprote\u0121u lin-nies kif ukoll lill-ambjent naturali, jew ma ji\u0121ux infurzati sew jew ji\u0121u interpretati b\u2019tali mod li dejjem jiffavorixxi \u201cl-i\u017cvilupp ekonomiku\u201d. I\u010b-\u010bittadini huma mistennija li jkunu g\u0127assa 24 sieg\u0127a kuljum ma jmurx ikun hemm b\u017conn li ssir o\u0121\u0121ezzjoni kontra xi \u201c\u017cvilupp\u201d jew politika \u0121dida. Dan iwassal g\u0127al sitwazzjoni fejn dawk li jridu j\u0127arsu u jippromwovu forma ta\u2019 \u017cvilupp li fil-qalba tieg\u0127u jkollu l-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja tan-nies qeg\u0127din fi \u017cvanta\u0121\u0121 kontra dawk li qed jippjanaw l-a\u0127\u0127ar mega\u017cvilupp jew li jie\u0127du art pubblika g\u0127al ra\u0121unijiet purament ekonomi\u010bi. Barra minn hekk, dawn tal-a\u0127\u0127ar mhux talli g\u0127andhom aktar a\u010b\u010bess g\u0127all-politi\u010bi u g\u0127al min ifassal il-politika, i\u017cda ri\u017corsi infinitament akbar g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tag\u0127hom.<\/p>\n\n\n\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignright size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Negligence.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-374\" width=\"256\" height=\"373\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Negligence.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Negligence-412x600.png 412w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Negligence-768x1118.png 768w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Huwa \u0121eneralment rikonoxxut \u2013 sa\u0127ansitra minn dawk fis-settur innifsu<a href=\"#_ftn2\"><sup>[<\/sup><\/a><sup><a href=\"#_ftn2\">2]<\/a> <\/sup>\u2013 li fil-qasam tal-ippjanar u l-kostruzzjoni hemm xi \u0127a\u0121a serjament \u0127a\u017cina. Fuq dan jiddependu mhux biss il-\u0127ajjiet ta\u2019 dawk li jg\u0127ixu fil-bi\u017ca\u2019 kull darba li jfi\u0121\u0121 sit tal-kostruzzjoni ma\u0121enb djarhom. I\u017cda wkoll, id-destin ta\u2019 bosta \u0127addiema fis-settur tal-kostruzzjoni li, min\u0127abba negli\u0121enza u infurzar \u0127a\u017cin, fi snin ri\u010benti korrew gravi jew tilfu \u0127ajjithom. Huwa wkoll sigriet mag\u0127ruf li dan is-settur jiddependi fuq il-\u0127addiema migranti, li \u0127afna minnhom huma impjegati irregolarment u sfruttati. Wara kollox, xejn mhi kumbinazzjoni li \u0127afna minn dawk li we\u0121\u0121g\u0127u jew inqatlu fi snin ri\u010benti kienu migranti. F\u2019dan is-sens, Lamin Jaiteh huwa biss wie\u0127ed minn \u0127afna<a href=\"#_ftn3\"><sup>[3]<\/sup><\/a>.<\/p>\n\n\n\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignleft size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Burden.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-368\" width=\"256\" height=\"263\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Burden.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Burden-584x600.png 584w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Burden-768x789.png 768w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Filwaqt li nirrikonoxxu li l-kostruzzjoni hija xog\u0127ol perikolu\u017c fih innifsu, \u017cgur li jista\u2019 jsir aktar biex ji\u0121i \u017cgurat li l-pro\u010beduri ta\u2019 sikurezza jkunu kollha fis-se\u0127\u0127 u ji\u0121u segwiti kif xieraq. Rapport li nkiteb wara t-tra\u0121edja li \u0127adet il-\u0127ajja ta\u2019 Miriam Pace qal li biex ji\u0121u ffrankati l-\u0127in u l-ispejje\u017c, \u010berti prassi li kienu g\u0127addejjin fis-sit ta\u2019 kostruzzjoni, flimkien ma\u2019 nuqqas kroniku ta\u2019 infurzar xieraq, mhuma \u201cxejn \u0127lief log\u0127ba ta\u2019 Russian Roulette mal-\u0127ajjiet ta\u2019 terzi persuni\u201d<a href=\"#_ftn4\"><sup>[4]<\/sup><\/a>. <\/p>\n\n\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote right is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\"><p>&#8220;Hija illu\u017cjoni li na\u0127sbu li nistg\u0127u nibqg\u0127u f\u2019sa\u0127\u0127itna f\u2019dinja marida&#8221;<\/p><\/blockquote>\n\n\n\n<p>Finalment, huwa importanti wkoll li nirrikonoxxu li, fuq skala usa\u2019, kollha kemm a\u0127na nispi\u010b\u010baw inbatu min\u0127abba l-konsegwenzi ta\u2019 de\u010bi\u017cjonijiet tal-ippjanar \u0127\u017ciena msejsa fuq fehim dejjaq u mijopiku tal-i\u017cvilupp. F\u2019dak li jirrigwarda l-estetika, pere\u017cempju \u201cqed ng\u0127ixu f\u2019ambjent li fih il-kruha ttaqqal ir-ru\u0127 u tag\u0127mel l-ordinarjet\u00e0 tal-\u0127ajja ta\u2019 kuljum aktar diffi\u010bli\u201d<a href=\"#_ftn5\"><sup>[5]<\/sup><\/a>. In-nuqqas ta\u2019 spazji \u0127odor miftu\u0127a \u2013 idealment mhux mimsusin mill-i\u017cvilupp u mhux ma\u0127luqa artifi\u010bjalment b\u0127ala forma ta\u2019 kumpens g\u0127all-qerda tal-ambjent naturali \u2013 serjament jaffettwa s-sa\u0127\u0127a mentali tag\u0127na.&nbsp; Fi kliem il-Papa Fran\u0121isku, hija illu\u017cjoni li na\u0127sbu li nistg\u0127u nibqg\u0127u f\u2019sa\u0127\u0127itna f\u2019dinja marida<a href=\"#_ftn6\"><sup>[6]<\/sup><\/a>. U alla\u0127ares naslu fi stat li l-ispazji \u0127odor pubbli\u010bi tant isiru limitati, u li l-a\u010b\u010bess pubbliku g\u0127all-kosta tant jinfirex li s-sinjuri biss se jkunu jistg\u0127u jkomplu jgawdu \u2013 f\u2019Malta jew barra \u2013 ir-relazzjoni man-natura li tfejjaqna u ta\u0127jina.<\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator\"\/>\n\n\n\n<p id=\"_ftn1\">[1] Cf. \u2018<em>Miriam is a victim of injustice\u2019 \u2013 Archbishop Scicluna, <\/em><a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/photos-people-gather-to-celebrate-the-life-of-miriam-pace\/\"><em>https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/photos-people-gather-to-celebrate-the-life-of-miriam-pace\/<\/em><\/a><em> (a\u010b\u010bessata<\/em> <em>16\/09\/2021) <\/em>\u00a0<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn2\">[2] Cf. <em>Good Governance absent from proposed construction reform \u2013 architects, <\/em><a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/good-governance-absent-from-proposed-construction-reform-architects\/\">https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/good-governance-absent-from-proposed-construction-reform-architects\/<\/a> (a\u010b\u010bessata 16\/09\/2021)\u00a0<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn3\">[3] Cf. <em>Migrant worker allegedly dumped on roadside after building site fall<\/em>, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/migrant-worker-allegedly-dumped-on-roadside-after-building-site-fall.903872\">https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/migrant-worker-allegedly-dumped-on-roadside-after-building-site-fall.903872<\/a> (a\u010b\u010bessata 13\/10\/2021)<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn4\">[4] <em>Playing with lives \u2013 dangerous building and excavation practices<\/em>, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/playing-with-lives-dangerous-building-and-excavation-practices.846720\">https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/playing-with-lives-dangerous-building-and-excavation-practices.846720<\/a> (a\u010b\u010bessata 15\/10\/2021)<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn5\">[5] <span class=\"uppercase\">Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta<\/span>, <em>Knisja Wa\u0127da, Vja\u0121\u0121 Wie\u0127ed Pro\u010bess ta\u2019 ti\u0121did ekkle\u017cjali<\/em>, 59<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn6\">[6] Cf. <span class=\"uppercase\">Il-Papa Fran\u0121isku<\/span><em>, Mument Straordinarju ta\u2019 Talb presedut mill-Papa, Marzu 2020.<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p class=\"excerpt\">Fit-2 ta\u2019 Marzu 2020, Miriam Pace in\u0127ar\u0121et minn ta\u0127t ir-radam ta\u2019 darha stess. Dak li suppost kien post ta\u2019 sikurezza u kumdit\u00e0 spi\u010b\u010ba sar qabar. G\u0127ad hemm bosta pro\u010bedimenti l-qorti biex jiddeterminaw il-\u0127tija tan-nies involuti. I\u017cda li huwa \u010bert huwa li, fi kliem l-Ar\u010bisqof Scicluna fil-funeral tag\u0127ha, Miriam kienet vittma tal-in\u0121ustizzja[1]. Wisq ta\u2018 spiss, ir-regolamenti [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"_editorskit_title_hidden":false,"_editorskit_reading_time":3,"_editorskit_typography_data":[],"_editorskit_blocks_typography":"","_editorskit_is_block_options_detached":false,"_editorskit_block_options_position":"{}","footnotes":""},"class_list":["post-413","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/413","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=413"}],"version-history":[{"count":8,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/413\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":661,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/413\/revisions\/661"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=413"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}