{"id":415,"date":"2022-01-14T11:56:19","date_gmt":"2022-01-14T10:56:19","guid":{"rendered":"https:\/\/yahad.mt\/?page_id=415"},"modified":"2022-01-19T16:56:30","modified_gmt":"2022-01-19T15:56:30","slug":"verita","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/verita\/","title":{"rendered":"Verit\u00e0"},"content":{"rendered":"\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignleft size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Truth.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-186\" width=\"256\" height=\"330\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Truth.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Truth-465x600.png 465w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Truth-768x990.png 768w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Fis-snin wara l-assassinju ta\u2019 Daphne Caruana Galizia, il-karba g\u0127all-\u0121ustizzja saret marka distintiva tal-ambitu politiku u so\u010bjali tag\u0127na. Minn na\u0127a wa\u0127da, il-\u0127tie\u0121a g\u0127ar-rikon\u010biljazzjoni qatt ma n\u0127asset b&#8217;daqshekk sa\u0127\u0127a. Sa issa, drajna l-fatt li n-nies g\u0127andhom tendenza jenfasizzaw il-\u0121ustizzja jew ir-rikon\u010biljazzjoni skont it-twemmin politiku tag\u0127hom. I\u017cda jista\u2019 qatt ikun hemm rikon\u010biljazzjoni ming\u0127ajr \u0121ustizzja? Wara kollox, il-fil komuni li jg\u0127addi minn dawn l-istejjer tra\u0121i\u010bi li semmejna qabel huwa dak ta\u2019 kultura ta\u2019 impunit\u00e0 mifruxa. U jekk l-impenn tag\u0127na li na\u0127dmu g\u0127all-\u0121ustizzja huwa ta\u2019 restawr u mhux ta\u2019 retribuzzjoni, \u0121ustizzja li \u017c\u017comm miftu\u0127a t-tama ta\u2019 \u0127ajja fil-pa\u010bi bejn l-\u201cg\u0127edewwa\u201d, tista\u2019 qatt il-\u0121ustizzja teskludi r-rikon\u010biljazzjoni? A\u0127na nemmnu bis-s\u0127i\u0127 li t-tfittxija g\u0127ar-rikon\u010biljazzjoni u t-tiftixa g\u0127all-\u0121ustizzja jmorru id f\u2019id. U l-valur li jirfed dawn it-tfittxijiet interkonnessi huwa l-verit\u00e0.<\/p>\n\n\n\n<p>Ma jista\u2019 qatt ikun hemm rikon\u010biljazzjoni reali jekk it-terruri tal-img\u0127oddi tag\u0127na ma ji\u0121ux imsemmija, rikonoxxuti u \u0121\u0121udikati pubblikament. Kif enfasizza m\u2019ilux l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta, biex nirb\u0127u lill-g\u0127adu tal-mibeg\u0127da li qed jg\u0127ammar fostna \u201cma nistg\u0127ux in\u0127assru l-passat b\u2019gomma ma\u0121ika. Anke l-Papa Fran\u0121isku jg\u0127idilna li tkun bluha li ninsew l-in\u0121ustizzja meta nfittxu r-rikon\u010biljazzjoni, g\u0127ax dan kulma jag\u0127mel huwa li ji\u017cgura li l-in\u0121ustizzja tittenna.\u201d<a href=\"#_ftn1\">[1]<\/a> Qatt ma jista\u2019 jkun hemm \u0121ustizzja reali jekk il-verit\u00e0 ma tinkixifx. Huwa kru\u010bjali li ssir \u0121ustizzja ma\u2019 dawk li huma direttament u indirettament risponsabbli mill-imwiet ta\u2019, pere\u017cempju, Daphne, Lassana u Miriam. I\u017cda huwa wkoll kru\u010bjali li t-tfittxija tag\u0127na g\u0127all-\u0121ustizzja tinkludi xewqa li ng\u0127ixu f\u2019so\u010bjet\u00e0 \u0121usta \u201cfejn is-saltna tad-dritt hija ggarantita, fejn id-drittijiet u l-obbligi huma rispettati mhux biss mill-Istat imma minn kull individwu, u fejn kul\u0127add huwa ndaqs quddiem il-li\u0121i\u201d<a href=\"#_ftn2\">[2]<\/a>.&nbsp; Biex din is-so\u010bjet\u00e0 qatt ikollha \u010bans issir realt\u00e0, ne\u0127tie\u0121u \u010bittadini onesti. Fi snin ri\u010benti, minflok il-virt\u00f9, rajna l-espansjoni tar-regolamentazzjoni. I\u017cda fin-nuqqas ta\u2019 \u010bittadini <em>onesti<\/em>, l-ebda regola, regolamentazzjoni jew li\u0121i qatt mhi se tkun bi\u017c\u017cejjed biex t\u0127ares l-istat tad-dritt.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-fidu\u010bja hija tassew skarsa fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. \u0126afna mill-iskandli li dan l-a\u0127\u0127ar kienu fl-a\u0127barijiet ewlenin \u2013 sew Malta kif ukoll barra, fil-qasam politiku\/ekonomiku, kif ukoll fil-Knisja \u2013 jistg\u0127u ji\u0121u deskritti b\u0127ala ksur tal-fidu\u010bja. Spiss nissottovalutaw l-importanza tal-fidu\u010bja fil-\u0127ajja tag\u0127na ta\u2019 kuljum.&nbsp; Meta n\u0127allsu bil-kard g\u0127and tal-\u0127anut, ikollna l-fidu\u010bja li se jin\u0121ibed l-ammont \u0121ust mill-kard; meta nitilg\u0127u fuq ajruplan, ikollna l-fidu\u010bja li l-bdot se je\u0127odna fid-destinazzjoni tag\u0127na ming\u0127ajr periklu; meta nibag\u0127tu messa\u0121\u0121 lil \u0127abib, ikollna l-fidu\u010bja li dak il-messa\u0121\u0121 fil-fatt se jintbag\u0127at lil dak il-\u0127abib u mhux lil \u0127addie\u0127or. Li kieku kellna nibdew niddubitaw dawn it-tran\u017cazzjonijiet u operazzjonijet ta\u2019 kuljum li huma msejsa fil-bi\u010b\u010ba l-kbira fuq il-fidu\u010bja, il-\u0127ajjiet tag\u0127na jsiru impossibbli. U jekk, f\u2019livell og\u0127la, tintilef il-fidu\u010bja fl-istituzzjonijiet li suppost imexxuna, jiggwidawna, jipprote\u0121una, e\u010b\u010b., ma nkunux wisq \u2019il bog\u0127od mill-kollass totali tal-<em>polis<\/em> tag\u0127na.U l-fidu\u010bja hija fra\u0121li \u2013 fa\u010bli tintilef, u diffi\u010bli \u0127afna biex ter\u0121a\u2019 tinkiseb.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Kummissjoni temmen bis-s\u0127i\u0127 li, apparti minn riforma etika msejsa fuq is-saltna tad-dritt ta\u2019 \u0127afna istituzzjonijiet so\u010bjali u ekonomi\u010bi tag\u0127na, sabiex titre\u0121\u0121a\u2019 lura l-fidu\u010bja, il-virt\u00f9 tal-onest\u00e0 hija kru\u010bjali. \u201cSo\u010bjet\u00e0 li kulma \u017c\u017commha flimkien hija l-konformit\u00e0 mar-regoli hija fra\u0121li minnha nfisha, miftu\u0127a g\u0127al aktar abbu\u017ci li r-risposta g\u0127alihom tkun espansjoni ulterjuri tar-regolamentazzjoni.\u201d<a href=\"#_ftn3\">[3]<\/a> Id-definizzjoni ta\u2019 persuna virtu\u017ca hija wa\u0127da li tag\u0127mel it-tajjeb anke meta \u0127add ma jkun qed i\u0127ares u li ta\u0121ixxi minn sens tad-dinjit\u00e0 tag\u0127ha stess u ta\u2019 \u0127addie\u0127or. G\u0127andna b\u017conn \u010bittadini u politi\u010bi onesti biex imorru kontra n-narrattiva ta\u2019 \u0127mie\u0121, opportuni\u017cmu u di\u017conest\u00e0 li qed jivvelenaw it-tessut so\u010bjali tag\u0127na. It-tfittxija g\u0127ar-rikon\u010biljazzjoni u l-\u0121ustizzja jinvolvu pro\u010bess twil u g\u0127ali. B\u0127ala Nsara, xejn anqas minn tiftixa intenzjonata u ener\u0121etika ta\u2019 dawn l-g\u0127anijiet mhu bi\u017c\u017cejjed. L-onest\u00e0, il-verit\u00e0, il-ftu\u0127 u t-trasparenza ma g\u0127andhomx ikunu biss valuri li nfittxu f\u2019\u0127addie\u0127or u fina nfusna b\u0127ala individwi, i\u017cda b\u0127ala karatteristiki distintivi tal-komunitajiet tal-fidi tag\u0127na. Il-missjoni tag\u0127na li nibnu, permezz tad-djalogu, Malta aktar \u0121usta u rikon\u010biljata, tista\u2019 sse\u0127\u0127 biss billi ndewwu l-\u0121rie\u0127i tas-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na bil-balzmu tal-verit\u00e0 u l-onest\u00e0.<\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator\"\/>\n\n\n\n<p>[1] <em>On Victory Day, Archbishop warns of the enemy within, <\/em><a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/live-archbishop-celebrates-mass-on-the-feast-of-marys-nativity\/\" class=\"ek-link\">https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/live-archbishop-celebrates-mass-on-the-feast-of-marys-nativity\/<\/a> Omelija 7 ta&#8217; Settembru, (a\u010b\u010bessata 16\/09\/2021)<\/p>\n\n\n\n<p>[2] <span class=\"uppercase\">Il-Kummissjoni \u0120ustizzja u Pa\u010bi<\/span>, <em>Imsej\u0127a na\u0127dmu g\u0127all-\u0121ustizzja u l-pa\u010bi<\/em>.<em> Dokument tal-Kummissjoni \u0120ustizzja u Pa\u010bi xahar mill-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia<\/em>, 2.<\/p>\n\n\n\n<p>[3] <span class=\"uppercase\">Il-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales<\/span>, <em>Choosing the Common Good<\/em>, 12.\u00a0<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p class=\"excerpt\">Fis-snin wara l-assassinju ta\u2019 Daphne Caruana Galizia, il-karba g\u0127all-\u0121ustizzja saret marka distintiva tal-ambitu politiku u so\u010bjali tag\u0127na. Minn na\u0127a wa\u0127da, il-\u0127tie\u0121a g\u0127ar-rikon\u010biljazzjoni qatt ma n\u0127asset b&#8217;daqshekk sa\u0127\u0127a. Sa issa, drajna l-fatt li n-nies g\u0127andhom tendenza jenfasizzaw il-\u0121ustizzja jew ir-rikon\u010biljazzjoni skont it-twemmin politiku tag\u0127hom. I\u017cda jista\u2019 qatt ikun hemm rikon\u010biljazzjoni ming\u0127ajr \u0121ustizzja? Wara kollox, il-fil komuni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"_editorskit_title_hidden":false,"_editorskit_reading_time":3,"_editorskit_typography_data":[],"_editorskit_blocks_typography":"","_editorskit_is_block_options_detached":false,"_editorskit_block_options_position":"{}","footnotes":""},"class_list":["post-415","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/415","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=415"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/415\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":665,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/415\/revisions\/665"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=415"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}