{"id":416,"date":"2022-01-14T11:55:51","date_gmt":"2022-01-14T10:55:51","guid":{"rendered":"https:\/\/yahad.mt\/?page_id=416"},"modified":"2022-01-19T16:53:53","modified_gmt":"2022-01-19T15:53:53","slug":"il-vittma-bla-wicc","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/il-vittma-bla-wicc\/","title":{"rendered":"Il-Vittma bla Wi\u010b\u010b"},"content":{"rendered":"\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignleft size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/BlaWicc.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-364\" width=\"256\" height=\"397\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/BlaWicc.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/BlaWicc-387x600.png 387w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/BlaWicc-768x1190.png 768w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/BlaWicc-991x1536.png 991w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Wara li tajna widen lit-trittiku ta\u2019 il\u0127na li qed imexxina fir-riflessjoni tag\u0127na, issa se niddedikaw ftit spazju lill-vu\u010bi tar-raba\u2019 vittma: il-Vittma bla Wi\u010b\u010b. Din il-vittma mhijiex bla wi\u010b\u010b g\u0127ax ma te\u017cistix. Ma g\u0127andhiex wi\u010b\u010b g\u0127ax il-vittma bla wi\u010b\u010b tirrappre\u017centa multitudni ta\u2019 vittmi bi pluralit\u00e0 ta\u2019 sfondi u stejjer. M\u2019hemmx data g\u0127al din it-tra\u0121edja. Mhijiex tra\u0121edja li se\u0127\u0127et f\u2019mument pre\u010bi\u017c, i\u017cda li g\u0127adha g\u0127addejja ma\u017c-\u017cmien ma\u2019 kull azzjoni jew nuqqas ta\u2019 azzjoni.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Na\u0127sbu hawn fi\u010b-\u010bittadin li j\u0127allas it-taxxa.<\/strong> Ma tg\u0127addix \u0121urnata wa\u0127da ming\u0127ajr xi a\u0127bar dwar il-mi\u017capproprijazzjoni ta\u2019 fondi pubbli\u010bi u l-proliferazzjoni ta\u2019 tekniki sofistikati tal-evitar u l-eva\u017cjoni tat-taxxa. Il-prin\u010bipju tas-solidarjet\u00e0 li jg\u0127aqqad so\u010bjet\u00e0 flimkien u li ming\u0127ajru kull slogan dwar li \u201ckollha qeg\u0127din fl-istess dg\u0127ajsa\u201d ma jiswew xejn u huma vojta, ma ji\u0121ix meg\u0127jux billi nag\u0127tu d-donazzjonijiet lil kaw\u017ci \u0121usti. Meta mhux kul\u0127add jag\u0127ti dak li hu dovut billi jikkontribwixxi g\u0127all-finanzjament tas-servizzi pubbli\u010bi, l-edukazzjoni, is-sa\u0127\u0127a, e\u010b\u010b. skont il-mezzi tieg\u0127u, tin\u0127oloq sitwazzjoni ta\u2019 in\u0121ustizzja ekonomika grassa, u s-solidarjet\u00e0 ssir espressjoni tal-moda i\u017cda bla sustanza.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Niftakru f\u2019dawk li ma joffrux jew jitolbu \u201cpja\u010biri\u201d biex jie\u0127du impjieg jew servizz li huwa tag\u0127hom bi dritt.<\/strong> Jekk tidde\u010biedi li ma tkunx parti minn din is-sistema korrotta jfisser li \u0127addie\u0127or \u2013 li possibbilment ma jkunx \u0127aqqu daqsek \u2013 se jaqbe\u017c il-kju, u jkompli jkattar aktar il-\u0127tie\u0121a li titlob pja\u010bir biex tir\u010bievi dak li \u0127aqqek jew tkun intitolat g\u0127alih bi dritt. Dawk li din it-tentazzjoni jiqfulha ji\u0121u tikkettati b\u0127ala stupidi jew vavi.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Niftakru f\u2019dawk li m\u2019g\u0127andhomx konnessjonijiet tajbin.<\/strong> F\u2019so\u010bjet\u00e0 b\u0127al tag\u0127na, \u0127afna affarijiet isiru biss billi tkellem lil min g\u0127andek tkellem. Meta jkunu qed jippruvaw jinnavigaw is-servizzi pubbli\u010bi, dawk fil-mar\u0121ni tas-so\u010bjet\u00e0 spiss jaffa\u010b\u010baw l-ostaklu doppju jew tripplu tal-lingwa, il-pre\u0121udizzju u n-nuqqas ta\u2019 konnessjonijiet personali.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Niftakru fil-\u0127addiema kollha li, f\u2019isem il-produttivit\u00e0 u t-tkabbir ekonomiku, spiss ji\u0121u obbligati ja\u0127dmu g\u0127al sig\u0127at twal \u0127afna, xi drabi ming\u0127ajr id-dritt g\u0127all-iskonnessjoni.<\/strong> Meta tinqabad f\u2019din it-tellieqa ekonomika li fiha salarju full-time spiss ma jkunx bi\u017c\u017cejjed biex jit\u0127allas id-dejn u tipprova tla\u0127\u0127aq mal-g\u0127oli tal-\u0127ajja, impjieg part-time spiss isir aktar b\u017conn milli g\u0127a\u017cla. Dan l-istil ta\u2019 \u0127ajja frenetiku ma j\u0127allix effett biss fuq l-individwu kkon\u010bernat i\u017cda inevitabbilment jaffettwa r-relazzjonijiet kollha tag\u0127na, inklu\u017c il-\u0127in ta\u2019 kwalit\u00e0 li jista\u2019 ji\u0121i ddedikat lill-membri tal-familja l-o\u0127rajn. Kollha nispi\u010b\u010baw dejjem li \u2018\u201cma jkunx hemm \u0127in bi\u017c\u017cejjed\u201d g\u0127al dak li tassew jiswa\u2019<a href=\"#_ftn1\"><sup>[1]<\/sup><\/a>.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Niftakru fl-eluf ta\u2019 tfal li qeg\u0127din fir-riskju tal-faqar u l-esklu\u017cjoni so\u010bjali, u li qeg\u0127din fil-periklu li jinqabdu fin-nassa tal-faqar inter\u0121enerazzjonali<a href=\"#_ftn2\"><strong><sup>[2]<\/sup><\/strong><\/a>.<\/strong> Minkejja li tul is-snin, is-sistema ta&#8217; protezzjoni so\u010bjali f\u2019Malta ssa\u0127\u0127et b\u2019diversi modi, g\u0127ad hemm aktar xi jsir biex ji\u0121u indirizzati l-g\u0127eruq tal-faqar u ji\u0121i \u017cgurat li t-tfal kollha, hu x\u2019inhu l-isfond tag\u0127hom, jing\u0127ataw l-g\u0127odda u l-possibbiltajiet biex jil\u0127qu l-potenzjal s\u0127i\u0127 tag\u0127hom.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Niftakru fl-anzjani kollha li j\u0127ossuhom emar\u0121inati u wa\u0127edhom. <\/strong>F\u2019so\u010bjet\u00e0 li tag\u0127ti valur preeminenti lill-produttivit\u00e0, bosta huma dawk li j\u0127ossu li fi xju\u0127ithom, ma fadlilhom xejn x\u2019jikkontribwixxu. Barra minn hekk, b\u2019\u0127afna minna maqbudin f\u2019\u0127ajja b\u2019ritmu sfrenat, nistg\u0127u fa\u010bilment ninsew li \u201cn-nanniet u l-anzjani mhumiex il-fdalijiet mill-\u0127ajja, tilqit lest biex jitwarrab. Dak li jistg\u0127u joffrulna huwa prezzju\u017c tassew.\u201d<a href=\"#_ftn3\"><sup>[3]<\/sup><\/a><\/p>\n\n\n\n<p><strong>Niftakru fin-nisa kollha li huma vittmi ta\u2019 mibeg\u0127da, vjolenza u diskriminazzjoni, sempli\u010biment g\u0127ax huma nisa<a href=\"#_ftn4\"><strong><sup>[4]<\/sup><\/strong><\/a>. <\/strong>Sew hux fit-triq, fil-familji jew fil-post tax-xog\u0127ol, g\u0127al wisq \u017cmien is-so\u010bjet\u00e0 Maltija ttollerat livelli ina\u010b\u010bettabbli ta\u2019 nuqqas ta\u2019 rispett u vjolenza \u2013 fil-kliem, l-attitudnijiet, u l-g\u0127emil \u2013 lejn in-nisa. Minbarra kwalunkwe tibdil le\u0121i\u017clattiv, hemm b\u017conn li nindirizzaw b\u2019ur\u0121enza l-kultura miso\u0121inista fl-g\u0127erq ta\u2019 din il-vjolenza.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Dawn huma biss e\u017cempju tal-\u0127afna nies li ta\u2019 kuljum huma vittmi tal-in\u0121ustizzja, sew hix perpetwata minn individwi jew b\u0127ala ri\u017cultat ta\u2019 problemi sistemi\u010bi u strutturali. Ma\u2019 dawn il-vittmi nistg\u0127u wkoll in\u017cidu lill-\u0121enerazzjonijiet futuri, li sfortunatament mhux biss se jirtu pi\u017c tad-dejn pubbliku li fil-futur jista\u2019 jsir insostenibbli, i\u017cda wkoll l-impatt s\u0127i\u0127 tal-emer\u0121enza klimatika li \u0127afna g\u0127adhom jag\u0127\u017clu li jinjoraw.<\/strong><\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator\"\/>\n\n\n\n<p id=\"_ftn1\">[1] <span class=\"uppercase\">Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta<\/span>, <em>Knisja Wa\u0127da, Vja\u0121\u0121 Wie\u0127ed Pro\u010bess ta\u2019 ti\u0121did ekkle\u017cjali<\/em>, 59<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn2\">[2] Last year, 22.6% of Maltese minors were at risk of poverty or social exclusion \u2013 Eurostat, <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2021-10-28\/local-news\/Last-year-22-6-of-Maltese-minors-were-at-risk-of-poverty-or-social-exclusion-Eurostat-6736237874\">https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2021-10-28\/local-news\/Last-year-22-6-of-Maltese-minors-were-at-risk-of-poverty-or-social-exclusion-Eurostat-6736237874<\/a> (a\u010b\u010bessata 11\/01\/2022)<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn3\">[3] <em>Elderly are to be valued, not discarded, says Pope<\/em>, <a href=\"https:\/\/www.ncronline.org\/news\/spirituality\/francis-chronicles\/elderly-are-be-valued-not-discarded-pope-says\">https:\/\/www.ncronline.org\/news\/spirituality\/francis-chronicles\/elderly-are-be-valued-not-discarded-pope-says<\/a> (a\u010b\u010bessata 11\/01\/2022)<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn4\">[4] Cf. <em>Woman found murdered off Sliema promenade. Suspect arrested outside Church<\/em>, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/woman-found-murdered-off-sliema-promenade-suspect-arrested-outside.925174\">https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/woman-found-murdered-off-sliema-promenade-suspect-arrested-outside.925174<\/a> (a\u010b\u010bessata 21\/01\/2022)<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p class=\"excerpt\">Wara li tajna widen lit-trittiku ta\u2019 il\u0127na li qed imexxina fir-riflessjoni tag\u0127na, issa se niddedikaw ftit spazju lill-vu\u010bi tar-raba\u2019 vittma: il-Vittma bla Wi\u010b\u010b. Din il-vittma mhijiex bla wi\u010b\u010b g\u0127ax ma te\u017cistix. Ma g\u0127andhiex wi\u010b\u010b g\u0127ax il-vittma bla wi\u010b\u010b tirrappre\u017centa multitudni ta\u2019 vittmi bi pluralit\u00e0 ta\u2019 sfondi u stejjer. M\u2019hemmx data g\u0127al din it-tra\u0121edja. Mhijiex tra\u0121edja [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"_editorskit_title_hidden":false,"_editorskit_reading_time":3,"_editorskit_typography_data":[],"_editorskit_blocks_typography":"","_editorskit_is_block_options_detached":false,"_editorskit_block_options_position":"{}","footnotes":""},"class_list":["post-416","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/416","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=416"}],"version-history":[{"count":7,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/416\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":663,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/416\/revisions\/663"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=416"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}