{"id":417,"date":"2022-01-14T11:56:55","date_gmt":"2022-01-14T10:56:55","guid":{"rendered":"https:\/\/yahad.mt\/?page_id=417"},"modified":"2022-01-19T16:58:12","modified_gmt":"2022-01-19T15:58:12","slug":"temperanza","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/temperanza\/","title":{"rendered":"Temperanza"},"content":{"rendered":"\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignleft size-full is-resized\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Temperance.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-189\" width=\"256\" height=\"315\" srcset=\"https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Temperance.png 1024w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Temperance-488x600.png 488w, https:\/\/yahad.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Temperance-768x944.png 768w\" sizes=\"auto, (max-width: 256px) 100vw, 256px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>A\u0127na u nimxu \u2019l quddiem, issa n\u0127arsu lejn il-virt\u00f9 tat-temperanza. Tradizzjonalment,&nbsp; it-temperanza nftiehmet b\u0127ala l-virt\u00f9 tal-moderazzjoni. Virt\u00f9 li f\u2019so\u010bjet\u00e0 b\u0127al tag\u0127na, li fiha huwa aktar fa\u010bli tg\u0127id \u201cdaqshekk biss?\u201d minflok \u201cgrazzi\u201d, mhijiex wa\u0127da popolari jew attraenti.&nbsp; I\u017cda madankollu, jekk irridu nazzardaw li no\u0127olmu b\u2019mod differenti kif nirrelataw ma\u2019 xulxin u mal-\u0127olqien, irridu niskopru mill-\u0121did il-valuri tas-sempli\u010bit\u00e0, tas-sagrifi\u010b\u010bju u tas-sobrjet\u00e0 f\u2019dinja li, b\u2019kuntrarju g\u0127as-suppo\u017cizzjoni li ssejjes il-kapitali\u017cmu neoliberali, hija wa\u0127da finita b\u2019ri\u017corsi limitati<a href=\"#_ftn1\"><sup>[1]<\/sup><\/a>.<\/p>\n\n\n\n<p>Mifhuma korrettament, it-temperanza u s-sagrifi\u010b\u010bju ma g\u0127andhomx ji\u0121u meqjusa jew asso\u010bjati ma\u2019 forma ta\u2019 \u010ba\u0127da&nbsp; li hija g\u0127an fiha nfisha. Fil-fatt, it-temperanza, id-distakkament, u s-sagrifi\u010b\u010bju huma valuri kontrokulturali li, meta mifhuma kif suppost, imexxuna fid-direzzjoni tal-fer\u0127, aktar libert\u00e0 u kura ta\u2019 \u0127addie\u0127or fuq livell personali u komunitarju. Meta nag\u0127mlu distinzjoni bejn dak li rridu u dak li ne\u0127tie\u0121u, u nistinkaw biex neg\u0127lbu dik ir-reg\u0127ba bla tarf li hija l-g\u0127erq ta\u2019 tant \u0121rie\u0127i deskritti fl-ewwel taqsima, nibdew nilm\u0127u dik il-hena li hija ta\u2019 dawk li jafu jillimitaw ix-xewqat li j\u010bekknuna, u fl-istess \u0127in jift\u0127una g\u0127all-bosta possibbiltajiet differenti li l-\u0127ajja tista\u2019 toffri<a href=\"#_ftn2\"><sup>[2]<\/sup><\/a>. &nbsp;Meta nitg\u0127allmu l-\u201cfamiljarit\u00e0 mal-aktar \u0127wejje\u0121 sempli\u010bi u ma\u2019 kif ingawduhom\u201d<a href=\"#_ftn3\"><sup>[3]<\/sup><\/a>, bilfors se nivvalutaw mill-\u0121did\u2013 b\u0127ala individwi u b\u0127ala so\u010bjet\u00e0 \u2013 il-prijorit\u00e0 li nag\u0127tu lill-avvanz ekonomiku g\u0127ad-detriment tar-relazzjonijiet, tas-sa\u0127\u0127a, u tal-ambjent tag\u0127na. Din \u201cl-idolatrija tal-flus\u201d, li hija marbuta intimament mal-korruzzjoni fil-forom kollha tag\u0127ha, twassal g\u0127ad-di\u017cintegrazzjoni tat-tessut so\u010bjali li qeg\u0127din nesperjenzaw hawn Malta u li qed t\u0127alli g\u0127add bla tarf ta\u2019 vittmi.<\/p>\n\n\n\n<p>Konver\u017cjoni so\u010bjali u politika tax-xorta li qed nipproponu ma tistax tibda ming\u0127ajr ma n\u0127allu lilna nfusna nitilqu mi\u010b-\u010bentru, f\u2019mossa li dejjem timplika \u010bertu \u010ba\u0127da u sagrifi\u010b\u010bju. Imnebb\u0127a mit-tag\u0127lim so\u010bjali tal-Knisja, ni\u0121u sfidati \u201ckull wie\u0127ed u wa\u0127da minna, personalment u b\u0127ala komunit\u00e0, biex inkunu Knisja g\u0127al u mill\u2011periferiji, billi nfittxu l\u2011\u0121ustizzja tag\u0127hom qabel l\u2011g\u0127ana tag\u0127na, il\u2011\u0121id tag\u0127hom qabel il\u2011kumdit\u00e0 tag\u0127na\u201d<a href=\"#_ftn4\"><sup>[4]<\/sup><\/a>. Fil-kuntest tal-isfida gravi tat-tibdil fil-klima, pere\u017cempju, bosta huma dawk li jirrifjutaw li jg\u0127ixu b\u2019mod sempli\u010bi sabiex \u0127addie\u0127or ikun jista\u2019 jg\u0127ix, min\u0127abba li mhuma se jir\u010bievu l-ebda benefi\u010b\u010bju immedjat billi jadottaw stil ta\u2019 \u0127ajja aktar sostenibbli (\u201cma jaqbillix\u201d). Tali rispons jixhed mhux biss nuqqas irresponsabbli ta\u2019 vi\u017cjoni fit-tul, i\u017cda wkoll nuqqas insensittiv ta\u2019 rieda li n\u0127allsu prezz sabiex nuru solidarjet\u00e0 ma\u2019 dawk li l-aktar se jbatu bl-effetti devastanti tat-tibdil fil-klima. Infatti, nafu li l-impatt ta\u2019 dawn il-kri\u017cijiet, li n\u0127olqu primarjament mill-aktar pajji\u017ci sinjuri u industrijalizzati tad-dinja, se jin\u0127assu sproporzjonatament mill-aktar nies fqar fid-dinja. <\/p>\n\n\n\n<p>Fuq livell politiku, il-virtwijiet tat-temperanza u s-sagri\u010b\u010bju ta\u2019 spiss ma jissemmewx. I\u017cda n-nies \u0127aqqhom li ji\u0121u ttrattati ta\u2019 adulti billi ting\u0127adilhom il-verit\u00e0, sa\u0127ansitra meta din il-verit\u00e0 ma tkunx iddoqq g\u0127al widnejhom. Meta ji\u0121u affa\u010b\u010bati b\u2019realtajiet diffi\u010bli, b\u0127al pere\u017cempju matul il-pandemija tal-COVID-19, i\u010b-\u010bittadini madwar id-dinja, \u0121ustament, jitolbu li ting\u0127adilhom il-verit\u00e0, ming\u0127ajr ebda log\u0127ob bil-kliem jew tidwir mal-lew\u017ca. L-istess spirtu ta\u2019 tmexxija bil-verit\u00e0, g\u0127all-kuntrarju ta\u2019 forma ta\u2019 popoli\u017cmu li jg\u0127id biss lin-nies dak li jixtiequ jisimg\u0127u, g\u0127andu jkun in-norma, u mhux l-e\u010b\u010bezzjoni. Nafu li l-bini ta\u2019 so\u010bjet\u00e0 aktar inklu\u017civa mibnija fuq il-verit\u00e0, il-\u0121ustizzja u r-rispett g\u0127ad-dar komuni tag\u0127na mhijiex xi \u0127a\u0121a fa\u010bli. Kull min iweg\u0127edna mod ie\u0127or qieg\u0127ed jonqos lis-so\u010bjet\u00e0 bil-kbir. U b\u0127ala Nsara, irridu nkunu fuq quddiem biex nilqg\u0127u l-istedina li nirrispettaw dawn il-limiti li huma imposti mill-im\u0127abba tag\u0127na lejn \u0127addie\u0127or u lejn id-dar komuni tag\u0127na. Is\u2011sej\u0127a tag\u0127na li n\u0121eddu d\u2011dinja \u201ctrid ting\u0127ex fi spirtu ta\u2019 ra\u017can\u201d<a href=\"#_ftn5\"><sup>[5]<\/sup><\/a>, billi ni\u010b\u0127du l-kilba li dejjem ikollna aktar u li nkunu aktar.&nbsp; F&#8217;dan irridu ni\u0121u ggwidati it-tama li persuna wa\u0127da li tg\u0127ix bit-temperanza tag\u0127ti e\u017cempju tajjeb. Komunit\u00e0 li tg\u0127ix bit-temperanza tirrappre\u017centa forza politika li tista\u2019 tibdel is-so\u010bjet\u00e0 g\u0127all-a\u0127jar.<\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator\"\/>\n\n\n\n<p id=\"_ftn1\">[1] Cf. <span class=\"uppercase\">Kate Raworth<\/span>, <em>Doughnut Economics: Seven Ways to Think Like a 21st-Century Economist<\/em>, Chelsea Green Publishing, 2018.<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn2\">[2] Cf. <span class=\"uppercase\">Il-Papa Fran\u0121isku<\/span>, <em>Laudato sii<\/em>, 223<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn3\">[3] <em>Ibid. <\/em>&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn4\">[4] <span class=\"uppercase\">Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta<\/span>, <em>Knisja Wa\u0127da, Vja\u0121\u0121 Wie\u0127ed Pro\u010bess ta\u2019 ti\u0121did ekkle\u017cjali<\/em>, 59\u00a0<\/p>\n\n\n\n<p id=\"_ftn5\">[5] <em>Idem<\/em>, 40<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p class=\"excerpt\">A\u0127na u nimxu \u2019l quddiem, issa n\u0127arsu lejn il-virt\u00f9 tat-temperanza. Tradizzjonalment,&nbsp; it-temperanza nftiehmet b\u0127ala l-virt\u00f9 tal-moderazzjoni. Virt\u00f9 li f\u2019so\u010bjet\u00e0 b\u0127al tag\u0127na, li fiha huwa aktar fa\u010bli tg\u0127id \u201cdaqshekk biss?\u201d minflok \u201cgrazzi\u201d, mhijiex wa\u0127da popolari jew attraenti.&nbsp; I\u017cda madankollu, jekk irridu nazzardaw li no\u0127olmu b\u2019mod differenti kif nirrelataw ma\u2019 xulxin u mal-\u0127olqien, irridu niskopru mill-\u0121did il-valuri [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"_editorskit_title_hidden":false,"_editorskit_reading_time":2,"_editorskit_typography_data":[],"_editorskit_blocks_typography":"","_editorskit_is_block_options_detached":false,"_editorskit_block_options_position":"{}","footnotes":""},"class_list":["post-417","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/417","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=417"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/417\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":668,"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/417\/revisions\/668"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/yahad.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=417"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}